L-MEIA, l-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Industrija u l-Arti qed tisħaq li jkun ippubblikat immedjatament pjan għall-ħruġ mill-Covid biex ikun evitat aktar sfreġju minn din il-pandemija.
L-Assoċjazzjoni, li tirrappreżenta 1,700 ħaddiem fl-industrija tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni ta’ immaniġġjar taħt kriżi minn naħa tal-awtoritajiet, li qed iwassal għal messaġġi kunflinġenti mid-diversi entitatjiet pubbliċi.
Professjonisti f’dan il-qasam mhux qed ikunu jistgħi jippjanaw bil-quddiem sabiex jindirizzaw l-isfidi li mistennija jdumu aktar milli kien imbassar u li se jħalli effett dejjiemi.
It-talba tal-Assoċjazzjoni hija għal pjan ta’ 12-il xahar li jibda minn Marzu ta’ din is-sena. Pjan li jidentifika xenarji differenti u miżuri ta’ mitigazzjoni skont il-protokolli stabbiliti mid-Dipartiment tas-Saħħa.Il-President tal-MEIA qal li filwaqt li huma realistiċi li attiviatjiet tal-mijiet ta’ nies mhux se jkunu possibbli sas-sajf, jibqgħu bit-tama li jkunu jistgħu isiru attivitajiet fuq skala iżgħar, anke jekk jintalab ċertifikazzjoni tal-vaċċin, jew miżuri differenti ta’ mitigazzjoni.
//= $special ?>