Lokali

Mara ta’ 63 bi ġrieħi gravi wara li waqgħet sular

Arkivji

Mara ta 63 sena sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ sular.

Għal-ħabta tal-4.50pm, il-Pulizija intalbet biex tassisti persuna fi Triq Ħal Gharghur, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara li tgħix Birkirkara waqgħet għoli ta’ madwar sular f’residenza vojta.

Mill-ewwel intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin