Lokali

BIL-FILMAT: Ħadd ma jweġġa’ waqt nar li ħakem residenza f’Tas-Sliema

Għat-tieni jum, membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jikkontrollaw nar li ħakem residenza fi Triq Wilford, Tas-Sliema, liema każ seħħ għall-ħabta tas-6.25 ta’ llejla.

Fuq il-post ġew imsejħa għadd ta’ Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni filwaqt li persuni li kien hemm fuq ġewwa ġew evakwati għas-sigurtà ta’ saħħithom.

Jidher li kollox beda minn main tad-dawl iżda fortunatament is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata minnufih tant li ħadd ma sofra feriti minn dan l-inċident. Fil-fatt, l-assistenza medika ġiet irrifjutata.