Lokali

“Niżguraw li l-ħsibijiet ta’ kulħadd jinstemgħu u jiġu kkunsidrati” – MŻPN

Stqarrija tal-MŻPN

“L-għan tagħna huwa li nipprovdu pjattaforma għaż-żgħażagħ Maltin kollha biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar din il-kwistjoni sabiex niżguraw li l-ħsibijiet ta’ kulħadd jinstemgħu u jiġu kkunsidrati.”

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) saħqu li huma favur id-dekriminalizzazzjoni għall-pussess tal-kannabis. Barra minn hekk, l-MŻPN ħabbru li se jkunu qed iniedu proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-legalizzazzjoni tal-Marijuana.

Għal iktar informazzjoni u biex tkun parti minn din il-konsultazzjoni, tista’ ssegwi l-paġna ta’ Facebook ta’ MŻPN.

Ikkummenta