In vista ta dak li ġie żvelat illum fuq il-mezzi tax-xandir dwar l-intenzjoni ta’ rijabilitazzjoni tal-area u li jsiru estensjonijiet vertikali u orizzontali fuq barriera eżistenti, fil-lokalità ta’ San Lawrenz, il-Kunsill Lokali San Lawrenz, wera t-tħassib tiegħu dwar din l-aħbar.
Il-Kunsill lokali spjega li jinsab preokuppat li fil-preżent hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bin-nurmu PA3961/20.
Kelliema għall-kunsill lokali fakkru u ġibdu l-attenzjoni ta’ dawk kollha li ser jiddeċiedu l-importanza strateġika tal-post kemm mill-aspett ambjentali, ekoloġiku u arkeloġiku.
Saħqu wkoll li dan il-post jinsab f’zona protetta Natura 2000 u kull żvillupp fl-area tad-Dwejra mhux biss ikun qed jagħmel ħsara irreparabbli imma wkoll ikun qed ikompli joħnoq lil Għawdex b’dettriment għas-settur turistiku.
Il-Kunsill Lokali San Lawrenz jikkometti ruħu li ser ikun minn ta’ quddiem sabiex jissalvagwardja dan il-post u jħeġġeġ sabiex għaqdiet u individwi ta’ rieda tajba jingħaqdu miegħu favur il-ħarsien tal-lokalità li mhux biss hija ta’ importanza għalih imma wkoll għall-umanità.
//= $special ?>