Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-Isptar

Sewwieq ta’ mutur mill-Iklin kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

Il-każ seħħ fi Triq Dun Karm ftit wara s-sagħtejn ta’ waranofsinhar fejn mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li r-raġel, ta’ 63 sena, tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li ħabat ma’ vettura misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Naxxar.

Fil-post ġiet msejħa minnufih ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.