Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Monsinjur Ġwann Azzopardi

Pajjizna illum sellem il-memorja tal-istorku Dun Gwann Azzopardi, il-kanonku onorarju tal-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta, li miet fl-età ta’ 83 sena.

Monsinjur Azzopardi, li hu mir-Rabat stess, kien serva bhala kuratur tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, tal-Arkivji, kif ukoll kuratur tal-Mużew ta’ Wignacourt fir-Rabat.

Huwa kien responsabbli għal preservazzjoni u klassifikazzjoni ta’ mijiet ta’ dokumenti u volumi tal-arkivji tal-Inkwiżizzjoni li kienu jinsabu f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex.

Monsinjur Azzopardi kien ukoll ppubblika xogħlijiet fosthom diversi artikli ta’ natura storika …inkluz dokumenti importanti dwar il-pittur Taljan, Caravaggio. Intant, il-PN fi stqarrija sellem il-memorja ta’ Dun Gwann…kif ghamlu wkoll bosta persuni u ghaqdiet li f’dawn l-ahhar snin hadmu mill-qrib mieghu