Lokali

“Bżonn ta’ azzjoni immedjata għall-ġid tal-ħaddiema tal-Air Malta” – Lawrence Zammit

“Hija weġgħa għal kull Malti li jara lill-Air Malta f’din is-sitwazzjoni.”

Dikjarazzjoni b’saħħitha mill-eks Chairman tal-Air Malta Lawrence Zammit waqt intervista li saritlu din il-ġimgħa minn Robert Cremona fil-programm Net Live. 

B’Lawrence Zammit jinsisti illi bħala l-linja nazzjonali ta’ pajjiżna huwa importanti li jkun hemm pjan ċar ta’ x’se jiġri wara li tgħaddi din il-pandemija.

“Il-pandemija se ttina ċ-ċans li nibdew mill-ġdid, li pajjiżna jibda mill-gdid għax l-attitudni tan-nies u l-perċezzjoni se jkunu nbidlu…. is-suq se jkun totalment differenti…. u jien ngħid li meta għandek l opportunità li tibda mill-ġdid tista’ tkun iktar innovattiv bil-mod kif topera.

Hu spjega kif wara l-COVID, is-settur tat-turiżmu jrid jerġa’ jibda mill-ġdid.

“Jekk aħna nidħlu f’din l-issue b’kollaborazzjoni u spirtu ta’ innovazzjoni – ikollna storja kredibbli u linja tal-ajru sostenibbli.

Lawrence Zammit qal li kwalunkwe strateġija tal-Air Malta trid tkun strateġija bbażata fuq it-turisti. Sostna li l-Air Malta trid tkun sostenibbli u jrid ikun hemm iktar opportunitajiet li wieħed jista’ jieħu speċjalment fis-sitwazzjoni preżenti. Fid-dawl ta’ dan, saħaq li huwa importanti li ssir analiżi tal-flus li qed jintnefqu kuljum u li ma jkunx hemm ħela… fejn b’mod konkret pajjiżna għandu bżonn strateġija fis-settur tal-avjazzjoni.

Lawrence Grech tkellem ukoll fuq ir-rwol kruċjali li għandhom il-ħaddiema ta’ dan is-settur.

Jekk inti trid tagħmel azjenda sotenibbli trid tafda fil-ħaddiema tiegħek…. b’hekk biss jiżdied ir-revenue u l-kumpanija ssir waħda sostenibbli.