Futbol Sport

Debutt b’rebħa għall-kowċ D’Amato

George Cassar

Tarxien Rainbows………………………..4

Senglea Athletic……………………………2

Tarxien R.: D. Fernandes, M. Tabone, K. Gatt, C. Chabà (C. Zahra 90’), C. Escobar, E. Zarate (D. Tabone 90’), D. Falzon, J. Debono (L. Sciberras 77’), I. Paz (K. Attard 90’), Leozinho (M. Spiteri 69’), V. Plut

Senglea A.: M. Farrugia, A. Abela, A. Scicluna, S. Uyi (L. Brincat 46’), D. Fava, D. Kukic, I. Misan, S. Buhagiar, F. Aboulezz (C. Buttigieg 87’), F. Gnindokponou (D. Xuereb 59’), J. Dibola (J. Attard 86’)

Skurjaw: D. Falzon 23’, C. Escobar 38’, V. Plut 50’ (T), J. Dibolo -pen. 63’, D. Xuereb 77’ (S), V. Plut 84’ (T)

Referì: P. Farrugia

Il-plejer tal-logħba: I. Paz (T)

Il-vjaġġ ta’ Steve D’Amato bħala kowċ ta’ Tarxien Rainbows jitlaq tajjeb b’rebħa fuq it-tim tal-aħħar Senglea Athletic.

Il-partita kienet ikkundizzjonata minn tkeċċija bikrija wara biss tmien minuti tal-plejer Senglean Dion Fava wara fawl fuq Vito Plut li kien riesaq lejn il-gowlkiper.

Tarxien skurjaw l-ewwel gowl f’nofs l-ewwel taqsima meta Daren Falzon irċieva bit-takkuna mingħand Vito Plut u skorja b’xutt fil-baxx.

Il-vantaġġ tar-Rainbows irdoppja fit-38 minuta meta Camilo Escobar għola fuq kulħadd u bir-ras dawwar għal ġox-xibka il-freekick laterali ta’ Ivan Paz.

Fil-ħames minuta tat-tieni taqsima Vito Plut xellef bir-ras għal ġox-xibka l-kross mix-xellug ta’ Ivan Paz biex għal mument deher li serraħ ras it-Tarxiniżi.

Minkejja li bi plejer inqas, Senglea reġgħu daħlu fil-logħba b’żewġ gowls fi kwarta. Fit-63 minuta Junior Dibola skorja penalty wara li Jurgen Debono ikkontrolla l-ballun b’idu fil-kaxxa.

Kwarta mit-tmiem is-sostitut David Xuereb bena azzjoni personali max-xellug, daħal fil-kaxxa u spara fix-xibka biex reġa’ fetaħ il-logħba.

Iżda Tarxien skurjaw ir-raba’ gowl fejn għal darb’oħra Vito Plut irċieva mingħand Ivan Paz, għaqqad doppjetta u għalaq il-logħba.