Futbol Sport

Draw bejn Sliema u Birkirkara

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Clayton Schembri

Birkirkara…………………………….2

Sliema W………………………………..2

Birkirkara: A. Guarnone, L. Montebello, P. Mbong (C. Bonanni 74’), R. Briffa, K. Zammit, R. Alidor, F. Falcone (G. Farrugia 84’), F. Verde, C. Attard, C. Prado (57’ Y. Yankam), O. Carniello 

Sliema W.: J. Galea, M. Sansone (G. Aquilina 73’), A. Satariano, K. Shaw, A. Milesi, J. Cisotti, P. Denilson (E. Agius 73′), D. Holla, R. Kisil (R. Kakinuma 45′), M. Beerman, D. Vukovic  

Referee: T. Farrugia Cann

Assistenti referees: L. Portelli, R. Vella

Player Tal-Logħba: Danny Holla (Sliema)

Karti sofor: Oscar Carniello, Danny Holla, Federico Falcone 

Karti ħomor: Oscar Carniello 

Birkirkara u Sliema Wanderers qasmu il-punti fi draw ta 2-2. Riżultat li permezz tiegħu Birkirkara baqgħu fir-raba’ post tal klassifika waħidhom punt fuq Sliema Wanderers.

Sliema ppruvaw jaħsdu lill-gowlkiper Guarnone fid-19-il minuta, permezz ta’ Kisil Ruslan li minn freekick ixxutja dirett fil-gowlkiper.  Fit-23 minuti waslet l-ewwel azzjoni denja li matulha Sliema fetħu l-iskor, permezz ta’ Danny Holla b’xutt mil-vicin wara li irċieva l-ballun mil-lemin.

Birkirkara kisbu l-gowl tad-draw fil- 31 minuti, meta id-daqqa ta’ ras ta’ Luke Montebello ħabtet mal-lasta, bil-ballun baqa’ dieħel fix-xibka wara li rċieva l-ballun minn Federico Falcone.

Fit-53 minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ.  Minn cross ta’ Luke Montebello kien Caio Prado li b’ xutt mill-vicin għeleb lil Galea. Sliema wieġbu żewġ minuti wara, meta Juri Cisotti ttanta xortih b`xutt minn barra il-kaxxa b’Guarnone idawwar f’corner.

Fit-78 minuta Birkirkara spicċaw jilgħabu b’ għaxar players wara li Oscar Carniello irċieva it-tieni karta safra. Sliema ġabu id-draw fit-83 minuta, permezz ta DANNY HOLLA b’xutt min barra l-kaxxa wara pass ta’ Vukovic Dejan. Birkirkara marru viċin li jirbħu il-logħba fid-90 minuta, meta ix-xutt ta’ Luke Montebello ħabat mal-mimduda.