Futbol Sport

Enzo Potenza jirritorna ma’ Floriana b’rebħa

(Ritratt: Joe Borg)

Floriana…………………….1

Gudja U………………………0

Floriana: E. Akpan, E. Ruiz, K. Keqi (D. Agius 90′), N. Leone, J. Arias, B. Paiber (S. Arab 80′), J. Pisani, M. Garcia, M. Dias, S. Adriano (J. Busuttil 70′), R. Camenzuli

Gudja U.: G. Zammit, A. Friggieri, S. Vagner (T. Vella 46′), G. Mensah, F. Panakrican, I. Gonzalez (J. Brincat 63′), N. Micallef, H. Vella (A. Elton 64′), T. Veronese, A. Bolanos, J. Grioli

Referee: A. Sciriha

Assistenti referees: M. Scerri, D. Stankovic

Floriana kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Gudja United fir-ritorn tal-kowċ Enzo Potenza mat-tim Furjaniż wara li kien ħalla lill-klabb f’Diċembru li għadda. B’din ir-rebħa, Floriana komplew jitbiegħdu miż-żona relegazzjoni hekk kif kisbu t-tielet riżultat pożittiv konsekuttiv.

Għal Gudja kien kienet is-sitt telfa minn seba’ partiti u b’dawn is-serje ta’ riżultati negattivi ġew viċin iż-żona relegazzjoni.

Il-partita kienet waħda kwieta bi ftit azzjonijiet ta’ periklu lejn il-lasti. Il-gowl deċiżiv tal-partita u li ta r-rebħa lil Floriana wasal fit-38 minuta permezz ta’ penalty skorjat minn KRISTIAN KEQI wara li l-istess Keqi twaqqa’ fil-kaxxa minn Imanol Gonzalez. Fit-tieni taqsima l-partit baqgħet bl-istess ritmu bi ftit azzjonijiet perikolużi miż-żewġ timjiet.