Lokali

Ġuvni ta’ sittax-il sena jsofri minn ġrieħi gravi

Ġuvni ta’ sittax-il sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq San Pawl, Bormla.

Jidher li raġel ta’ 40 sena li jgħix Raħal Ġdid, tilef il-kontroll tal-vettura Toyota Corsa u ħabat ġo ħames vetturi li kienu pparkjati. Fil-vettura kien hemm ukoll ġuvni ta’ sittax-il sena li jgħix Bormla.

Fuq il-post immedjatmanet wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, fejn iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li r-raġel weġġa’ ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.