Futbol Sport

Haley Bugeja deskritta bħala l-istilla l-ġdida tal-futbol Malti

(Ritratt: FIFA.com)

F’intervistà mas-sit uffiċjali tal-FIFA, l-player Maltija ta’ 16-il sena li tilgħab fis-Serie A Femminile ma’ Sassuolo Haley Bugeja qalet li minkejja din kien sena diffiċli għal kulħadd, għaliha personali din kienet waħda mill-aqwa.

Bugeja qalet li l-ħolma tagħha li tilgħab barra minn Malta saret realtà fejn bis-saħħa t’hekk setgħet tibda karriera professjonali fil-futbol. Is-sit tal-FIFA, kompla biex iddeskrivha lil Bugeja bħala l-istilla l-ġdida tal-futbol Malti.

Dwar l-esperjenza tagħha s’issa ma’ Sassuolo, Bugeja qalet li hi se tibqa’ tiftakar għal ħajjitha kollha d-debutt tagħaha hekk kif fid-debut hi skorjat darbtejn u kienet strumentali biex Sassuolo għelbu lil Napoli. Haley Bugeja kienet ukoll strumentali għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa fir-rebħiet li kisbu fl-aħħar żewġ partiti mir-round ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2022 kontra l-Ġorġja u Iżrael. Bugeja kkonkludiet li hi dejjem użat l-pressjoni bħala motivazzjoni u dan qed iħalli l-frott fil-karriera kalċistika tagħha.

Segwi hawn l-intervistà sħiħa: https://www.fifa.com/fifa-world-ranking/news/the-maltese-prodigy-making-waves-in-italy?fbclid=IwAR0xP4-t10yENTMoB20zyLxAieWt-7gztWWxOZ_51E1I7zw7Fq9VsSdFSwM