Matul il-ġurnata tas-Sibt f’Għawdex diversi tesserati tal-Partit Nazzjonalista marru jivvutaw sabiex ġie elett kumitat reġjonali ġdid…
Paul Buttigieg ġie konfermat bħala l-President tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex filwaqt li ġew eletti wkoll Paul Dimech, Eucharist Camilleri, Mark Attard, Franco Bajada, Zammit Miriam u Baskal Saliba.
Dan il-proċess seħħ wara li diġà seħħ diversi tiġdid, skont kif jitlob l-Istatut tal-Partit, b’taħlita ta’ ideat u enerġija bejn dawk li ilhom jaħdmu fil-Partit Nazzjonalista u dawk li qed jinvolvu ruħhom għall-ewwel darba.
Issa jmiss li fil-ġimgħat li ġejjin jinħatru l-President tal-Kunsill Ġenerali, ir-Rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali fl-Eżekuttiv kif ukoll il-Presidenti tar-Reġjuni. U dawn kollha sal-Kunsill Ġenerali Amministrattiv li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed isejjaħ għal Marzu li ġej.
//= $special ?>