Lokali

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni m’għadux fuq ‘police bail’

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni (ritratt) m’għadux fuq ‘police bail’ iżda xorta waħda għadu taħt investigazzjoniji. Marvin Gaerty kien ġie interrogat b’rabta ma’ ‘chats’ li kellu man-negozjant Yorgen Fenech li huwa wieħed mill-erba’ persuni akkużati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Gaerty, kien ġie imsejjaħ mill-Pulizija fis-Sezzjoni tar-Reati Ekonomiċi u fi żmien il-Milied il-Pulizija żammitu taħt interogazzjoni għal 12-il siegħa sħaħ waqt li saru tfixxijiet kemm fir-residenza tiegħu kif ukoll fil-binja tad-Dipartiment tat-Taxxa fil-Floriana

Minn informazzjoni li ġbarna minn sorsi fil-Korp tal-Pulizija, li kienet kkonfermataa mill-Avukati ta’ Gaerty, Franco Debono u Amadeus Cachia, l-Kummissaru tat-Taxxi ngħata r-release mill-Pulizija, iżda xorta waħda l-investigazzjonijniet il-konfront tiegħu għadhom għaddejjin.

Gaerty kien qed jikkontendi li ma jistax jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa jekk mhux bil-kunsens tal-Prim Ministru Robert Abela fejn kien allegat wkoll li kien qed inżomm informazzjoni kunfidenzjali fuq il-mobile tiegħu.

Meta kien mitlub mill-Pulizija sabiex jiftħilhom il-mobile, b’rabta ma’ investigazzjoni li qed titwettaq dwar allegati konverżazzjonijiet li kellu ma’ Yorgen Fenech,

Marvin Gaerty allegatament irrifjuta, u kien sostna li l-Prim Ministru biss jista’ jagħti l-permess sabiex dan isir minħabba xi segretezzi marbuta mal-att tat-taxxa tad-dħul.

Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu li jekk tiġi żvelata ċeta nformazzjoni seta’ u jista’ jinħoloq rebus sħiħ. Għadu mhux magħruf jekk il-permess minn naħa tal-Prim Ministru dwar l-iżvelar ta’ nformazzjoni ngħatatx jew le.

Huwa mifhum iżda li l-Prim Ministru Robert Abela kien talab lil Gaerty biex jgħaddilu informazzjoni dwar taxxa pendenti li kellu il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, liema taxxa kienet mill-ewwel ġiet issetiljata.

Huwa mifhum li tul din il-konverżazzjoni Robert Abela talab informazzjoni kunfidenzjali dwar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Dan hekk kif fl-eqqel tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech kien sostna li kien ħallas sal-inqas ċenteżmu pagamenti tat-taxxa u tħallsu fuq mhedda ta’ madwar erba’ snin minn fond tal-familja.

F’Novembru li għadda, Gaerty kien ittella’ jixhed quddiem l-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn kien talab dispensa mill-Prim Ministru biex jixhed fuq lista ta’ persuni relatati mal-Panama Papers.

L-Inkjesta Pubblika li qed issir biex tistabilixxi jekk l-Istat setax jagħmel xi ħaġa biex dan l-omiċidju seta’ jiġi evitat kienet bagħatet għal Gaerty għax temmen li fil-pożiżżjoni ta’ Kummissarju tat-Taxxi Interni huwa seta’ jagħti nformazzjoni utli għal eżitu tal-istess inkjesta.

Mhux eskluż li l-Inkjesta Pubblika, mmexxija mill-eks Imħallef Michael Mallia u l-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino flimkien mal-Imħallef Abigail Lofaro terġa’ tibgħat għal Gaerty.