Internazzjonali

Imkeċċi wara skandlu dwar it-tilqim tal-COVID-19

Il-President tal-Arġentina neħħa l-irwoli kollha tal-Ministru tas-Saħħa wara li allegatament kien qed jagħti l-vaċċin tal-COVID-19 lil persuni qrib tiegħu minflok ta prominenza lil persuni vulnerabbli, fost oħrajn.

Dan irriżulta wara li ġurnalist veteran ħareġ fil-pubbliku jgħid li hu ħa t-tilqima wara li kellem direttament lil Ministru, Gines Gonzalez Garcia. Ir-riżenja waslet wara biża’ li r-reġjun inħakem mill-korruzzjoni. U dan fid-dawl li l-provvista tat-tilqim hi diġa’ waħda skarsa.