Futbol Sport

Imut Mauro Bellugi, eks player ta’ Inter u Napoli fost l-oħrajn

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-eks player ta’ Inter u Napoli fost l-oħrajn Mauro Bellugi fl-età ta’ 71 sena. Bellugi kellu marda fid-demm u fis-7 ta’ Frar idaħħal l-isptar fejn wara li qatgħulu saqajh, il-kundizzjoni fiżika tieħgu marret għall-agħar.

Fl-4 ta’ Novembru, Bellugi kien ukoll rikoverat l-isptar wara li ġie nfettat bil-COVID -19, bil-kundizzjoni tiegħu tiggrava kawża tal-virus. F’waħda mill-aħħar intervisti li sarulu fuq programm tal-isport fuq l-istazzjonijiet televiżivi Taljani, Bellugi qal li l-Covid kompliet taggravalu l-marda li kellu qabel.

Mauro Bellugi beda l-karriera tiegħu ma’ Inter fejn lagħab 90 partita bejn l-1969 u l-1974. Hu ssieħeb ma Bologna u wara ma’ Napoli fejn temm il-karriera tiegħu ma’ Pistoiese. Bellugi lagħab ukoll 32 darba mat-tim nazzjonali Taljan u kien parti mill-iskwadra Taljana li lagħbet fit-Tazza tad-Dinja tal-1978 fejn l-Italja temmet fir-raba post.