Futbol Sport

Jingħata bidu għal 21 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier

Bejn illum u għada jingħata bidu għal 21 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier fejn jispikka l-konfront għal post fl-Ewropa bejn Birkirkara u Sliema Wanderers, b’punt wieħed biss jifred liż-żewġ timijiet fir-raba’ post tal-klassifika.

Il-leaders Ħamrun Spartans jilgħabu kontra Balzan biż-żewġ timjiet iridu l-punti minn dan il-kofront għal ambizzjonijiet differenti fil-klassifika.

Hibernians jilgħabu kontra Lija Atheltic, iż-żewġ timijiet għaddejjijn minn mixja pożittiva u ġejjin minn rebħa fl-aħħar konfront tagħhom, b’Hibernians jibdew bħala favoriti.

Konfront ieħor interessanti jkun dak bejn Żejtun Corinthians u Gżira United. Dan se jkun ritorn għal Żejtun wara waqfa minħabba perjodu ta’ kwarantina wara xi każijiet pożittivi fl-iskwadra ta’ Żejtun filwaqt li Gżira se jkunu qed ifittxu li jżommu l-pass mat-timjiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Valletta jilgħabu kotnra Santa Lucia f’partita li se tkun diffiċli ferm, minħabba l-forma tajba li għaddejjijn minnha Santa Lucia, b’Valletta taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid sa issa kellhom riżultati inkonsistenti.

Floriana li bħalissa jinsabu fiż-żona play-off jilgħabu kontra Gudja United. Din se tkun l-ewwel partita għal Enzo Potenza fir-ritorn tiegħu bħala kowċ ta’ Floriana filwaqt li Gudja se jkunu qed ifittxu li jirkupraw mit-telfa li sofrew fl-aħħar ħinijiet kontra Mosta.

Mosta jilgħabu kontra Sirens biż-żewġ timjiet jinsabu f’nofs il-klassifika b’rebħa għal wieħed minnhom tqarribhom aktar biex iserrħu moħħhom li staġun ieħor jilgħabu fl-ogħla diviżjoni.

Senglea Atheltic jilgħabu kontra Tarxien Rainbows f’partita bejn l-aħħar żewġ timjiet tal-klassifika. Senglea se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-ewwel rebħa f’dan l-istaġun biċ-ċansijiet tagħhom li jsalvaw ikunu rimoti ferm. Tarxien se jkunu mmexxija għall-ewwel darba mill-kowċ Steve D’Amato wara li fil-bidu tal-ġimgħa rriżenja Winston Muscat.

BOV PREMIER LEAGUE

Illum: Stadium Nazzjonali: Sliema W. v Birkirkara 2.00pm, Żejtun C. v Gżira U. 6.00pm Centenary Stadium: Tarxien R. v Senglea A. 2.00pm, Floriana v Gudja U. 6.00pm Għada: Stadium Nazzjonali: Valletta v Santa Lucia 2.00pm, Mosta v Sirens 6.00pm Centenary Stadium: Lija A. v Hibernians 3.00pm, Ħamrun S. v Balzan 7.00pm