Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li żamm mara b’sikkina m’għonqha u serqilha l-mobile

Raġel mill-Gambja, Abubacarr Darbo ta’ 24 sena inżamm arrestat wara li allegatament żamm mara b’sikkina u serqilha l-mobile.

Fil-Qorti l-akkużat qal li hu m’għandux indirizz fiss u ma jaħdimx. L-avukat tiegħu, Joseph Brincat wieġeb li l-akkużat mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, iżda xorta ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Dan fid-dawl li l-akkużat m’għandux indirizz fiss filwaqt li l-vittma għadha trid tixhed.

Iktar dettalji fil-link: