Lokali Qorti

Jipprovaw joħorġu minn Malta b’testijiet foloz tal-COVID

Tliet irġiel wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom hekk kif allegatament provaw joħorġu mill-pajjiż billi ppreżentaw testijiet foloz tal-COVID-19 waqt li kienu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-ewwel li dehru quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kienu żewġ Franċiżi, Tabatoni Samuel Fabrizio Numa ta’ 26 sena u Michelosi Arnaud Marine Jean ta’ 25 sena fejn weħlu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li wieġbu ħatja li għamlu dikjarazzjonijiet foloz lill-Awtoritajiet Maltin.

L-identità tat-tielet raġel ma tistax tixxandar hekk kif qed jgħin fl-investigazzjoni li kapaċi twassal għall-arrest tas-sors li qed jagħmel it-testijiet mediċi foloz. L-avukat tiegħu Charles Mercieca qal li l-akkużat ried joħroġ minn Malta malajr kemm jista’ jkun minħabba emerġenza tal-qraba.