Sport Sport Ieħor

Kayden Lagana jirbaħ l-ewwel unur tal-Atlas Żgħażugħ tax-Xahar għal din is-sena

Il-bowler Kayden Lagana rebaħ l-unur tal-Atals Żgħażugħ tax-Xahar għal Jannar 2021. Lagana rebaħ id-dritt li jirrapreżenta lil Malta Tenpin Bowling Association fil-Kampjonati tal-Mediterran li se jsiru f’Pariġi wara li ddomina l-kategorija tal-irġiel fit-tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-MTBA.

Lagana li għad għandu 14-il sena rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Matthew Magro li rebaħ dan l-unur għax-xahar ta’ Ġunju u lil Nicholas Muscat, biex b’hekk se jkun l-iżgħar bowler li qatt ipparteċipa fl-istorja ta’ dawn il-Kampjonati.

Ir-rebħ ta’ dan it-tournament fisser ukoll li Lagana se jkun qed jirrapreżenta lil Malta fit-tim li se jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej li se jsiru aktar tard din is-sena.

L-unur kien preżentat lil Lagani minn David Cassar, Business Development Manager ma’ Atlas Insurance. Fl-attività attendew ukoll Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance u Lorriane Cunningham Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisiti Sports.