Futbol Sport

Lazio jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Lazio rritornaw għar-rebħ meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Sampdoria 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal fl-24 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Sergej Milinkovic-Savic, kien LUIS ALBERTO li kkonkluda b’ Lazio jżommu r-riżultat sat-tmiem.

Fi Stadio Luigi Ferraris, Genoa u Hellas Verona temmew fi draw ta’ 2-2. IVAN ILIC fetaħ l-iskor għal Verona fis-17-il minuta. ELDOR SHOMURODOV ġab l-iskor indaqs fit-48 minuta biex fil-61 minuta, MARCO DAVIDE FARAONI reġa tefa’ lil Verona fil-vantaġġ. Genoa salvaw punt fil-95 minuta permezz ta’ MILAN BADELJ.

Sassuolo u Bologna temmew fi draw ta’ 1-1. ROBERTO SORIANO fetaħ l-iskor għal Bologna wara 17-il minuta. Bologna sfaw jilgħabu bi player anqas meta fit-30 minuta tkeċċa Aaron Hickey biex Sassuolo ġabu l-iskor indaqs fit-52 minuta permezz ta’ FRANCESCO CAPUTO.

SERIE A
Ilbieraħ:
Fiorentina v Spezia 3-0, Cagliari v Torino 0-1 Illum: Lazio v Sampdoria 1-0, Genoa v Verona 2-2, Sassuolo v Bologna 1-1 Għada: Parma v Udinese 12.30pm, Milan v Inter 3.00pm, Atalanta v Napoli 6.00pm, Benevento v Roma 8.45pm It-Tnejn: Juventus v Crotone 8.45pm