Internazzjonali

Madwar 60 persuna tmut wara li spiċċaw bla dawl u ilma f’temperaturi kesħin

Il-President Amerikan, Joe Biden se jkun qed jiddikjara li l-istat ta’ Texas għaddej minn diżastru fuq skala kbira wara li fl-aħħar sigħat l-istat kollu spiċċa bla dawl u ilma. Dan wassal għall-mewt ta’ madwar 60 persuna kawża tal-kesħa li ħakmet lid-djar.

It-temperaturi baxxi li qed jesperjenza dan l-istat niżlu għal 18-il grad taħt iż-żero, l-iktar temperatura baxxa reġistrata f’dawn l-aħħar 30 sena. B’riżultat ta’ din il-kesħa, is-sistemi tal-elettriku u l-ilma esperjenzaw diversi ħsarat.

Din is-sitwazzjoni damet għal għadd ta’ sigħat, bid-dawl bilmod il-mod beda ġej lura iżda mill-inqas 13-il miljun persuna għadhom qed jesperjenzaw ilma mhux tajjeb għax-xorb.