Lokali

Michael Bonello elett kap tas-sezzjoni tal-Estate Agents tal-MDA

Michael Bonello kien elett biex iservi bħala Kap tas-Sezzjoni tal-Estate Agents tal-MSA għal perjodu ta’ sena.

Bonello, li għandu esperjenza vasta fis-settur u serva fl-eżekuttiv għal ħafna snin, se jkun qed jieħu post Douglas Salt, li rtira mill-kariga wara li kien ilu jikkupa din il-kariga għal numru ta’ snin.

Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti rringrazzja lil Douglas Salt għall-ħidma li wettaq filwaqt li awgura lil MIchael Bonello għall-kariga ġdida tiegħu.

Min-naħa tagħha, Marthese Portelli, Direttur Ġenerali tal-MDA, ukoll awgurat lil Michael Bonello għall-kariga tiegħu filwaqt li qalet li l-MDA se tkompli bil-ħidma tagħha sabiex titqajjem iktar kuxjenza dwar l-isfidi li jaffaċċja s-settur tal-bini u kostruzzjoni.