Futbol Sport

Msida u Żurrieq fil-finali tal-Amateur Cup

Msida St. Joseph u Żurrieq kisbu post fl-ewwel edizzjoni tal-Amateur Cup.

Msida eliminaw lil Siġġiewi bl-iskor ta’ 6-1. Il-gowls ta’ Msida wasslu minn erba’ gowls ta’ TIMMY THOMAS, CHRISTIAN CARUANA u LIAN XUEREB filwaqt li JACOB MAGRI kien tefa’ momentarjament lil Siġġiewi fil-vantaġġ. B’dawn l-erba’ gowls, TIMMY THOMAS sar ir-raba’ l-aktar player li qatt skorja fil-futbol Malti b’275 gowl.

Fis-semifinali l-oħra, Żurrieq għelbu lil Birżebbuga St. Pter’s 2-0 bil gowls ta’ Żurrieq ikunu skorjati minn MAURO BONNICI u ERIK PIETRIBIASI.