Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka tirbaħ l-Open tal-Awstralja

It-tennista Ġappuniża-Amerikana Naomi Osaka rebħet l-ewwel open tas-sena, hekk kif f’Melbourne fl-Awstralja għelbet lil Jennifer Brady 6-4 6-3.

Dan kien it-tieni titlu tagħha fl-Awstralja u r-raba’ Grand Slam fejn ħafna qegħdin iqisuha bħala l-aħjar tennista tal-mument.

Fil-finali, minkejja li r-riżultat juri d-dominanza t’Osaka, l-Amerikana Brady offriet sfida denja lil Osaka, b’mumenti fil-partita il-logħob ikun bilanċjat.

L-Open tal-Awstralja kien l-ewwel grand slam fil-pandemija li kellu l-istadium miftuħ għall-ispettaturi, filwaqt li ġew segwiti il-miżuri marbuta mal-Covid 19.