Futbol Sport

Rebħa konvinċenti oħra għal Gżira United fuq Żejtun Corinthians

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Matthias Mizzi

Żejtun Corinthians.……..0

Gżira United……………4

Żejtun Corinthians: : C. Cassar, D. Albanese, A. Carabott, J. Suda, L. Meriera, C. Grech, H. Marcellino, S. Barboza, W. Catanio (60’ M. Del Negro), N. Tabone (78’ G. Azzopardi).

Gżira United: A. Curmi, G. Bohrer, S. Borg (73’ C. Bog), N. Muscat, D. Xuereb, M. Davis, N. Portelli (73’ K. Pulo), M. Maia (64’ S. Pisani), J. Mendoza (64’ A. Jefferson), R. Correa, B. Atajic (77’ A. Cohen).

Imwissija: 28’ S. Borg (GŻR), 46’ L. Meriera

Skorjaw:  GŻR: 9’ Maxuell Maia , 40’ R. Correa, 51’ N. Portelli, 62’ M. Davis

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: Edward Spiteri & James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

BOV Plejer tal-Partita: Martin Davis (Gżira United)

Wara perjodu diffiċli kawża tal-pandemija, Żejtun Corinthians ħarġu mill-kwarantina obbligatorja u rritornaw għal-logħob. Qabel din il-partita, l-avversarji tagħhom Gżira United kienu ġejjin minn tmien rebħiet konsekuttivi u għaxar partiti mingħajr telfa fejn sofrew biss 3 gowls.

L-ewwel taqsima kienet waħda intensiva miż-żewġ timijiet fejn Gżira fetħu l-iskor kmieni fil-partita permezz ta’ Maxuell Maia. Ir-ritmu baqa’ l-istess fejn Żejtun stennew aktar lill-avversarju u Gżira jattakkaw permezz tal-kontrattakk. F’din it-taqsima x-xuttijiet perikolużi lejn il-lasti miż-żewġ naħat kienu limitati bl-unika żewġ tentattivi jsarrfu f’gowls. Kien proprju fil-41 minuta li Gżira rdoppjaw wara li cross mil-lemin spiċċa fuq Riccardo Correa li dan tal-aħħar kkonkluda b’xutt djagonali fil-baxx.

Simili għal dik ta’ qabilha, it-tieni taqsima kienet iddominata għalkollox minn Gżira. Fil-51 minuta ż-żagħżugħ Nevin Portelli ħalla lil Cassar iħares b’xutt stupend barra ‘l kaxxa. Gżira komplew jirsistu li jagħlqu l-logħba kmieni biex Martin Davis għadda bejn diversi difensuri u kkonkluda b’mod sempliċi quddiem Cassar fit-62 minuta.

B’hekk Gżira komplew jissiltu ma’ ta’ fuq, bil-pressjoni taqa’ għalkollox fuq Żejtun li jridu jinqalgħu miż-żona l-ħamra fil-partiti li ġejjin speċjalment minħabba r-rebħiet rispettivi min-naħa t’isfel tal-klassifika.