Lokali Qorti

Tliet persuni akkużati b’rabta ma’ testijiet foloz tal-COVID

Dalgħodu għall-ħabta tal-11am, il-Pulizija ser tressaq għadd ta’ persuni l-Qorti fejn fost l-oħrajn, tliet persuni ser ikunu akkużati b’rabta ma’ testijiet foloz tal-COVID-19.

Raġel ieħor ser ikun akkużat b’allegatament serqa li seħħet il-Ħamis għall-ħabta tal-10pm, f’Tal-Pietà. F’dan il-każ, raġel ta’ 24 sena mill-Gambja allegatament avviċina Kolumbjana ta’ 27 sena minn wara, ħareġ sikkina, poġġieha m’għonqha u talabha l-flus. L-allegat ħalliel irnexxielu jisirqilha l-mowbajl u ħarab.

Huma se jidhru quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Yana Micallef Stafrace.