Internazzjonali

Vjolenza fit-toroq ta’ Spanja

Għar-raba’ jum konsekuttiv, ir-reġjun ta’ Katalunja, fi Spanja ra għadd ta’ dimostranti li niżlu fit-toroq wara li r-rapper Pablo Hasel intbagħat disa’ xhur ħabs akkużat li tkellem dwar il-monarkija Spanjola filwaqt li faħħar il-vjolenza li ssir mit-terroristi.

Fir-raba’ lejl ta’ protesti, seħħet vjolenza fuq l-uffiċjali tal-Pulizija fejn rapporti saħansitra qalu li d-dimostranti waddbu għadd ta’ flixken, ġebel, murtali u żebgħa. Uħud mid-dimostranti daħlu f’fergħat tal-bank u provaw iqabbdu n-nar fuq ġewwa, b’oħrajn kissru u vvandalizzażw il-ħwienet tal-madwar.

Eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq, iżda kienu biss gruppi żgħar li pparteċipaw f’din il-vjolenza u l-vandaliżmu.