Futbol Sport

Andrea Cossu, eks plejer ta’ Cagliari involut f’inċident ikrah

L-eks plejer ta’ Cagliari Andrea Cossu, ilbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident ikrah tat-traffiku fit-territorju ta’ Selargius, f’Sardenia.

L-inċident seħħ hekk kif Cossu tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Porsche, b’konsegwenza li spiċċa tar ‘il barra mill-karozza tiegħu. Mill-ewwel indikazzjonijiet rappurtati fil-midja Taljana, jidher li Cossu soffra xi ksur kif ukoll ġrieħi f’rasu. Minkejja li Cossu jinsab f’qagħda kritika, m’huwiex fil-periklu tal-mewt.

Cossu li għandu 41 sena, lagħab il-maġġoranza tal-karriera tiegħu ma’ Cagliari kif ukoll lagħab darbtejn mat-tim nazzjonali tal-Italja, qabel ma rtira mill-futbol f’Awwissu tal-2018.