Dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sab ħin ukoll jiltaqa’ man-nies tar-Rabat.
Dan hekk kif, hu żar Pjazza San Gorg qabel ma mexa mat-toroq tal-madwar, fejn żar diversi ħwienet u tkellem man-nies li kienu għaddejjin minn hemm.
Fost dawk preżenti, kien evidenti l-entużjażmu mal-wasla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li spjegawlu l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom.
Matul il-laqgħa fit-toroq, Bernard Grech kien akkumpanjat minn martu AnneMarie, minn Deputati u Kandidati, kif ukoll minn membri tal-Kumitat Distrettwali u tal-Kumitat Sezzjonali tal-Belt Victoria.