Sport Sport Ieħor

Caid De Bengale u Valentino Strix jispikkaw fil-klassi Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Caid De Bengale u Valentino Strix rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru lbieraħ wara nofsinhar tal-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m u għamlu parti mit-tielet laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Għaxar żwiemel biss ġrew fl-ewwel tiġrija Premier. Antoine Du Bourg (Rodney Gatt) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnu fih fetaħ vantaġġ żgħir minn Amour Du Loup (Noel Baldacchino) u Until Oaks (Owen Borg). Madankollu fid-dritta finali, Antoine Du Bourg beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż mill-favorit Caid De Bengale (Cherise Farrugia) li ħa t-tielet rebħa konsekuttiva faċilment mill-ġdid Verso De Crennes
(Raymond Micallef) u Big Kaiser (Ludvic Ghigo). Vindaloo (Mario Farrugia) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Fit-tieni wahda tal-aqwa klassi, Carlo De Carsi (Noel Baldacchino), li okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali meta nqabeż minn Valentino Strix (Ludvic Ghigo). Vasco De Viette (Clifferty Calleja) u Up And Go (Jesmar Gafa’) temmew warajhom f’dik l-ordni. Ghal Valentino Strix din kienet l-ewwelrebħa staġjonali.

Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Febus Du Juille (K. Saliba) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 3. Eole De Mahey (J. Gafa’) 4. Fee Europa (T. Demanuele)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Andreafilou (P. Galea) Ħin – 2.47.7” (1.18.4”) 2.Cap Des Granges (A, Farrugia) 3. Sonny Bull (M. Bonnici) 4. Aden (D. Gatt)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Sitka Rod (T. Demanuele) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Jaccaroo (Cherise Farrugia) 3. Fine Delo (M. Mizzi) 4. Suro Du Cornillet (C.Camilleri)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Forecast (L. Ghigo) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2.Cyrus Du Lorault (R. Magro) 3. Vito Des Landiers (G. Azzopardi) 4. Cirrus De Chene (P. Galea)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cedar Keryvon (Sh. Portelli) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Paradox (N. Baldacchino) 3. Boxeur d’Or (I. Bilocca) 4. Gringo Boko (C.Camilleri)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Bello Du Tillet (P. Galea) Hin – 2.45.8”
(1.17.5”) 2. Bientot Jenilou (R. Gatt) 3. Vivo Per Lei (H. McKay) 4. Baron Du Chene (J.Gafa’)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Caid De Bengale (Cherise Farrugia) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Verso De Crennes (R. Micallef) 3. Big Kaiser (L.Ghigo) 4. Vindaloo(M. Farrugia)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (C. Degiorgio) Ħin – 2.47.2” (1.18.2” 2. Badou (Ch. Gauci) 3. Prinsen One (M. Farrugia) 4. Vick De La Nade (M.Debono)

IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Valentino Strix (L. Ghigo) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Carlo De Carsi (N. Baldacchino) 3. Vasco De Viette (C. Calleja) 4. Up And Go (J. Gafa’)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cathy De La Rouvre (R. Magro) Ħin – 2.43” (1.16.1”) 2. Coyote Du Relais (M. Farrugia) 3. Vasterbo Brazilia (W. Cutajar) 4. Chips De Bourgogne (P. Galea)