Sport Sport Ieħor

Daniele Spadaro jirbaħ it-Tazza tal-Ftuħ tal-Istaġun

Daniele Spadaro rebaħ it-Tazza tal-Ftuħ tal-Istaġun hekk kif temm fl-ewwel post f’dan l-ewwel avveniment tal-istaġun li kien organizzat minn Naxxar Table Football Club.

B’kollox ħadu sehem ħames players fejn ikkompetew f’Kampjonat Round-Robin b’Spadaro jegħleb l-isfida ta’ Joseph M. Debono li temm fit-tieni post b’disa’ punti hekk kif fil-partita diretta Sparado ħareġ rebbieħ 3-0. Fit-tielet post temm Claude Cuschieri b’sitt punti. Fir-raba’ u l-ħames post temmew Brian Aquilina u Christ Spiteri b’punt kull wieħed.

Din l-attività kienet organizzata skond il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.