Lokali

Dgħajsa tinġarr mal-kurrent u tistabat mal-blat ta’ Lapsi

Appell biex jinstab sid id-dgħajsa

Fl-aħħar sigħat ġie nnutat li dgħajsa nġarret mal-kurrent u spiċċat għall-kenn mal-blat ta’ Lapsi, b’konsegwenza li qed tistabat mal-blat u ġġarrab ħsarat kbar.

F’appell li sar fuq Facebook qed jintalab biex wieħed ixerred il-messaġġ biex jinstab sid id-dgħajsa biex b’hekk tiġi salvata minn iktar ħsarat.

Madankollu jidher li fid-dgħajsa diġa’ dieħel l-ilma.