Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li sofra ħruq f’residenza

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Imsida iddaħħal l-Isptar jissielet għal ħajtu wara li sofra ġrieħi b’riżultat ta’ ħruq fir-residenza tiegħu stess.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl tal-Ħadd minn informazzjoni mgħoddija mill-awtoritajiet tas-saħħa fl-Isptar Mater Dei.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel sofra xi ħruq f’partijiet ta’ ġismu x’aktarx kawżati minn xemgħa. Hu ttieħed l-Isptar fejn kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace fetħet inkjesta u l-pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha.