Futbol Sport

Ħamrun jitħabtu biex jegħlbu lit-tim ta’ Balzan

(Ritratt: MFA/James Galea)

Luke Micallef

ĦAMRUN…………………. 3
BALZAN…………………. 2

Ħamrun: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, A. Soares (I. Abdullahi Adeshina 87’), F. Sasere, E. Serrano Valero, J. Corbalan, P.Dordevic, K. Micallef, E. Marcelina (S. Doumbia 56’)

Balzan: V. Vranes, A. Loof, M. Grima (M. Kamara 75’), S. Arab, P. Fenech, S. Bezzina (A. Effiong 71’), M. Johnson, U. Ljubomirac, S. Dimic, M. Sanoh, A. Andrejic

Imwissija: M. Sanoh 14’ (B), P. Dordevic 43’ (Ħ), U. Ljubomirac 61’ (B), S. Bezzina 67’ (B), A. Loof 67’ (B), K. Micallef 73’ (Ħ), S. Dimic 74’ (B), J. Mbong 90’ (Ħ)

Skorjaw: F. Sasere 4’ (Ħ), J. Mbong 24’ (Ħ), A. Andrejic 48’ (B), A. Effiong 76’ (B), D. Seydou 84’ (Ħ)

Referee: Emanuel Grech
Assistenti Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

BOV Plejer tal-logħba: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans)

Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva għal Ħamrun Spartans fil-Kampjonat Premier u b’din ir-rebħa baqgħu waħedhom f’ras il-klassifika. Min-naħa tagħhom Balzan komplew bir-riżultati negattivi hekk kif fl-aħħar partita tagħhom ġew eliminati minn Mosta fl-F.A. Trophy filwaqt li l-aħħar partita tagħhom fil- Kampjonat intemmet f’parita’ ta’ 1-1 kontra l-ġirien Lija Athletic.

Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota, li waslet fir-raba’ minuta, it-tim Ħamruniż mar minn fuq meta Karl Micallef għadda kross lejn FRANKLIN SASERE li bir-ras tefa’ wara Vukasin Vranes. Fit-tnax-il minuta Balzan viċini ħafna li jġibu l-gowl tad-dro’. Dan wara li l-gowler tal-Ispartans Emmanuel Bartolo nqabad barra minn postu, b’Uros Ljubomirac jittanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa li jistampa mal-lasta l-mimduda. Fl-24 minuta Ħamrun għamluhom tnejn permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ JOSEPH MBONG. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Matthew Guillaumier ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jgħaddi ftit barra.

Fit-tielet minuta tat-tieni taqsima t-tim ta’ Balzan reġa’ daħal fil-partita. Cross-shot ta’ ALEKSA ANDREJIC qarraq bil-gowler Ħamruniż bil-ballun spiċċa wara Bartolo. Balzan baqgħu jippressaw u fis-56 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’Andrejic għadda ftit għoli. Fid-69 minuta minn freekick, Ailton Jorge Soares minn freekick ra x-xutt tiegħu jolqot mal-lasta. Fis-76 minuta t-tim immexxi minn Mark Miller ġab il-gowl tad-draw. ALFRED EFFIONG li kien għadu biss erba’ minuti fil-grawnd għamel ħarba tajba minn nofs il-grawnd u b’xutt fil-baxx għeleb lil Bartolo.

Fl-84 minuta is-sostitut SEYDOU DOUMBIA skorja l-gowl li bih it-tim
immexxi minn Mark Buttigieg ħa t-tliet punti tant importanti sabiex baqgħu f’ras il-klassifika.