Futbol Sport

Hibernians b’rebħa faċli kontra Lija

(Ritratt: MFA/Joe Borg)

LIJA …………………0

HIBERNIANS …….5

Lija A: L. Bonnici (D.Galea 71’), J. Cassar, P. Gusso, I. Borg (A.White 70’), N. Micallef, F. Brandan, O. Serrano, M. Jimenez (D.Scerri 67’), J. Gill, C. Flores, G. Alhinho

Hibernians: M. Calleja Cremona (R.Briffa 62’), F. Apap (M.Ellul 68’) , L. Almeida (A.Attard 54’), J. Grech, A. Fonseca (I.Iriberri 54’), J. Degabriele, B. Kristensen, D. Vella (Z.Grech 54’), G. Izquier, A. Agius, G. Da Silva

Referee: I. Barbara

Assistenti referees: L. Portelli, T. Debono

F’konfront bejn żewġ timijet li jinsabu f’pożizzjonijiet opposti fil-klassifika Hibernians għelbu lil Lija bl-iskor ta’ 5-0. B’hekk Hibernians komplew fuq il-mixja pożittiva tagħhom fil-kampjonat u żammew posthom lejn il-quċċata tal-klassifika, b’Lija jibqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni b’sittax-il punt.  

Hibernians marru fil-vantaġġ fl-erbatax-il minuta meta minn corner minn fuq il-lemin ta’ Gilmar, kien TIAGO FONSECA li b’ġest akrobatiku għeleb lil gowlkiper Bonnici għal 1-0. Hibernians għamluwhom tnejn għaxar minuti wara meta minn corner milgħub qasir,Gabi Izaquir tefa’ cross fil-kaxxa li sab lil FERDINANDO APAP li b’daqqa ta’ras tajba għamel l-iskor 2-0. B’Hibernians jiddominaw il-pusses tal-ballun, Lija provaw joperaw bil-kontrattakk iżda ftit li xejn kienu perikolużi bl-ewwel taqsima tintemm 2-0.

Mal-ftuħ tat-tieini taqsima Hibernians skorjaw it-tielet gowl tagħhom meta minn azzjoni maħduma tajba, Jurgen Degabriele tefa cross fil-baxx mix-xellug, bi TIAGO FONSECA jikkonkludi ġewwa mill-viċin, għat-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Hibernians. Hibernians skorjaw ir-raba’ gowl tliet minuti wara, meta pass ta’ Jurgen Degabriele nifed id-difiża ta’ Lija, b’JAKE GRECH jegħleb lil gowlkiper Bonnici għal 4-0.   

Hibernians komplew iżidu mal-gowls meta fit-52 minuta, din id-darba kien Dunstan Vella li għadda lejn JURGEN DEGABRIELE, li qata’ għal ġewwa minn fuq ix-xellug u kkonkluda fil-lasti ta’ Lija għal skor finali 5-0.