Żagħżugħ ta’ 23 sena ħelisha ħafif tant li ma sofra l-ebda ġrieħi wara li waqa’ f’bir li jinsab fil-limiti tal-Miżieb.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm b’membri tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post fejn bdew operazzjoni biex iż-żagħżugħ jittella’.
Fortunatament, iż-żagħżugħ fl-ebda mument ma ntilef minn sensih. Fil-fatt, hekk kif ittella’ hu rrifjuta l-assistenza medika hekk kif jidher li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>

