Għadd ta’ partitarji ta’ Milan u Inter inġabru barra l-grawnd qabel id-derby li se jintlagħab fit-3.00pm sabiex jagħtu is-sapport tagħhom lit-timijet tagħhom qabel il-partita tal-lum.
Madwar ħamest elef partitarju ta’ Inter inġabru fil-pjazza ta’ Baretto u ftit ‘il bogħod minnhom nġabru ukoll partitarji ta’ Milan b’ħafna bnadar sabiex jagħtu s-sapport tagħhom lit-tim.
Dan ġara fid-dawl tar-restrizzjonijiet li hemm fl-Italja fejn ġemgħet ta’ dan id-daqs m’humiex permessi li jiltaqgħu minħabba l-coronavirus, bir-regoli tad-distanza soċjali jkunu njorati miż-żewġ naħat tal-partitarji.
Inter jaffrontaw lil Milan illum fit-3.00pm bir-rebbieħ tal-konfront jitla’ fl-ewwel post tal-klassifika.
Segwi hawn biex tara dak li qed iseħħ barra San Siro: https://www.youtube.com/watch?v=JcIzgOowxjY
//= $special ?>