Matthias Mizzi
Mosta…….0
Sirens……..0
Mosta: H. Mafoumbi, M. Mifsud (65’ Z. Brincat), J. Bezzina, C. Failla, T. Farrugia, Y. Naah, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri, R. Ekani, W. Donkin (74’ G. Sciberras)
Sirens: D. Cassar, J. Pearson, L. Bittaye, H. Kone, W. Domorau, E. Callegari, J. Walker, S. Tounkara (82’ R. Darmanin), R. Scicluna (82’ M. Bustos) , T. Agius (74’ R. Scicluna), T. Espindola.
Imwissija: MST: 42’ K. Tulimieri, 60’ C. Faila, 69’ Z. Brincat. 88’ J. Bezzina 90’ K. Tulimieri SIR: 6’ R. Scicluna 75’ H. Kone
Imkeċċija: 74’ C. Faila, 90’ K. Tulimieri
Skorjaw:
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Alan Camilleri & Paul Apap
Raba’ Uffiċjal: Glen Tonna
BOV Plejer tal-Logħba: Henri Mafoumbi (Mosta)
Mosta b’9 plejers fl-aħħar ħames minuti tal-partita u Henri Mafoumbi strumentali bejn il-lasti.
Prestazzjoni indimentikabbli minn Henri Mafoumbi bejn il-lasti kienet strumentali sabiex Mosta akkwistaw punt b’disa’ plejers fl-aħħar ħames minuti tal-partita.
Bir-rebħa minima ta’ ftit jiem ilu fuq Gudja United fl-aħħar mumenti tal-partita, Mosta niżlu determinati li jikkonsolodaw aktar posthom fil-klassifika filwaqt li t-tim immexxi minn Giovanni Tedesco ried idawwar ir-rota wara żewġ telfiet konsekuttivi.
L-ewwel taqsima kienet ikkaratterizzata b’ħafna logħob f’nofs il-ground b’nuqqas ta’ azzjonijiet u tentattivi perikolużi miż-żewġ naħat lejn il-lasti opposti. L-iktar li marru qrib kienu Sirens permezz ta’ gowl imħassar għal offside. Reazzjoni ta’ din l-azzjoni kontroversjali Sirens kienu aktar perikolużi b’Mosta jipprovaw imewtu l-ġirjiet veloċi ta’ Samba Tounkara.
Fit-tieni taqsima, Sirens reġgħu ħarġu aħjar b’ Henri Mafoumbi strumentali bejn il-lasti f’diversi tentattivi perikolużi mill-avversarji. B’sorpriża Mosta aktar iddefendew fuq wara speċjalment fl-aħħar kwarta meta huma sfaw jilagħbu bi plejer inqas riżultat tat-tkeċċija minn Clayton Failla. F’dawn il-mumenti, it-tim immexxi minn Mario Muscat kien kawt li ma jitlifx il-logħba madankollu huma provaw joperaw ukoll permezz tal-kontrattakk. B’hekk il-partita ntemmet f’parita ta’ 0-0.
//= $special ?>