Sport Sport Ieħor

Magħrufa aktar parteċipanti fil-kwarti finali tat-Turnament tas-Singles

Mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni individwali organizzata mill-assoċjazzjoni Maltija tad-darts, żdiedu Adrian Brydon kif ukoll Joe Mallia, biex b’hekk inaqgħdu ma’ George Mizzi u Anthony Borg fil-kwarti finali.

Fir-rawnd preliminari Joe Mallia kellu walkover minn fuq Carlos Spiteri filwaqt li Adrian Brydon u Noel Grixti għelbu lil Godwin Borg u Joseph Micallef. Biex fl-aħħar sittax Adrian Brydon għeleb lil Johan Xerri 3-2 filwaqt li Joe Mallia rebaħ 3-1 lil Noel Grixti sabiex aċċertaw posthom fil-kwarti finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Din il-kompetizzjoni tkompli nhar it-Tnejn li ġej biex ikunu magħrufa żewġ parteċipanti oħra li se jagħmluha mal-aħħar tmienja.