Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jirbaħ l-Open tal-Awstralja għad-disa’ darba fil-karriera

(Ritratt: ATP Tour)

Is-Serb seed numru wieħed, Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Awstralja għad-disa’ darba fil-karriera glorjuża tiegħu.

Huwa għeleb lir-Russu Daniil Medvedev fi straight sets 7-5 6-2 6-2 biex b’hekk sar l-aktar tennist li rebaħ edizzjonijiet tal-Open fl-Awstralja.

Djokovic kien dominanti għal-aħħar hekk kif ma ta l-ebda ċans li Medvedev jidħol fil-logħba, bir-Russu jsibha diffiċli sabiex jleħħaq ma’ Djokovic. B’dan it-titlu Djokovic rebaħ it-tmintax-il titlu Grand Slam fil-karriera tiegħu biex saħħaħ postu bħala wieħed mill-aqwa tennisti fl-istorja.

Fil-kummenti ta’ wara l-logħba Djokovic faħħar lill-kompetitur tiegħu Daniil Medvedev filwaqt li rringrazzja lil oraganizzaturi tat-turnament kif ukoll lil pubbliku Awstraljan għas-sapport li tawh matul dan ix-xahar.