Lokali

Numru ta’ immigranti jidħlu f’Birżebbugia matul il-lejl

Net News jinsab infurmat li għall-ħabta tal-4.30a.m. tal-Ħadd, max-xatt ta’ Birzebbuga daħal dinghy li fuqu kien hemm għadd ta’ immigranti. Stqarrija tal-Pulizija ikkonfermat li abbord kien hemm 55 persuna, kollha rġiel.

Kif jixhed dan ir-ritratt, l-immigranti daħlu bid-dinghy waħedhom u ma kienu akkumpanjati minn ebda uffiċjali tal-pulizija jew tal-armata.

Skont sorsi li kienu fuq il-post, mal-wasla tagħhom huma poġġew bilqiegħda fuq il-blat.

Aktar tard wasal vann tal-pulizija tal-Immigrazzjoni għal iktar stħarriġ.