“It-tweġiba tal-Labour għall-proposti tal-PN fil-qasam tal-enerġija kienet fjakka daqskemm kienet prevedibbli.”
Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għall-Enerġija Ryan Callus meta indirizza l-attivita’ politika fir-Rabat Għawdex. Hu elenka l-proġetti kapitali u l-miżuri fl-immedjat li qed jipproponi l-PN fil-qasam tal-enerġija bil-għan li l-poplu jkollu iktar flus fil-but u arja iktar nadifa.
Hu qal li ħadd ma jemmen li l-Labour jinteressah dwar in-nefqa ta’ proġett fid-dawl tar-rapport tal-Awditur Ġenerali li wera kif l-Enemalta kellha tħallas €10 miljun iktar f’6 xhur biss għaliex il-Gvern u l-Ministru Konrad Mizzi rabatha li tixtri l-elettriku mill-iktar sors għoli…. il-power station tal-Electrogas, minflok l-interconnector li jipprovdi elettriku b’rata ferm irħas.
Barraminhekk, il-miżuri fl-immedjat li qed jipproponi l-PN – il-wegħda ta’ prezz minimu għal min investa fil-pannelli, tariffa orħos matul il-lejl għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi u riforma dwar kif jinħadmu l-kontijiet tal-ilma – jiswew ferm inqas minn kemm ġiegħluna nħallsu iktar meta rabtuna nixtru l-elettriku mingħand l-Electrogas.
Ryan Callus tkellem ukoll dwar il-proposta tal-enerġija mir-riħ u kif issa, il-Labour biddel ir-rotta u sar favur din il-forma ta’ enerġija. Hu sostna li dan ifisser li l-PN verament qed imexxi l-aġenda tad-diskussjoni politika.
Hu tkellem ukoll dwar il-proposta tal-PN li Malta tapplika għall-fondi Ewropej sabiex tinvesti f’pipeline tal-gass li maż-żmien jista’ jitħaddem ukoll bl-idroġenu.
Ryan Callus qal li l-Gvern ta’ Robert Abela tellef lill-pajjiżna €400 miljun ewro minn fondi ewropej għal dan il-proġett għaliex ma ndunax li l-politika Ewropea hi li kull pajjiż jimxi lejn ekonomija li tkun carbon neutral u b’inkompetenza kbira ressqu applikazzjoni għall-pipeline tal-gass biss.
“Illum hemm tama ġdid għall-pajjiż u din it-tama qed joffriha l-PN bit-tmexxija ta’ Bernard Grech,” temm Ryan Callus.
//= $special ?>