Lokali

Rapporti li jikkonfermaw il-qrubija bejn Yorgen Fenech u Rosianne Cutajar

Ġunju 2019. Ħames xhur qabel l-arrest. Yorgen Fenech jgħid lil Rosianne Cutajar – “se nkun dejjem hemm għalik biex ngħinek”.

Hija din l-aħħar informazzjoni li ġiet żvelata mis-Sunday Times u li tikkonferma l-qrubija li teżisti bejn Fenech u s-Segretarju Parlamentari Laburista. Bil-gazzetta tikxef chats li kien hemm bejniethom ftit xhur biss qabel Yurgen Fenech inġabar mill-Pulizija fil-marina ta’ Portomaso.

Skont it-Times, Yorgen Fenech – sid il-kumpanija 17 Black – kien allegatament offra għajnuna biex Cutajar tagħmel survey fid-Distrett tagħha. Bin-negozjant jinsisti li l-bieb tiegħu kien dejjem miftuħ għaliha.

Il-ġimgħa li għaddiet komplet jinkixfu wkoll aktar stejjer dwar il-flus li allegatament daħlet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar minn deal li ried jagħmel in-negozjant Yorgen Fenech fuq propjeta fl-Imdina.

Skont rapport fis-Sunday Times, Rosianne Cutajar ħadet €9,000 minn ammont ta’ flus kontanti li jlaħħaq l-€40,000 mogħtija lilha minn Fenech. Dan il-ħlas allegatament sar bħala parti minn ftehim dwar proprjetà illi kien qed isir fl-2019.

Kien xahrejn ilu meta harget l-ahbar illi Rosianne Cutajar issieħbet mal-ħabib tagħha Charles Farrugia, magħruf bħala it-Tikka, biex jinnegozjaw l-ftehim dwar il-proprjetà ta’ €3.1 miljun bejn Fenech u l-bejjiegħ tal-proprjetà Joseph Camilleri. F’Dicembru, Robert Abela kien iddefenda lid-deputat tieghu…bi skuza li meta sehh il-kaz ma kinitx Segretarju Parlamentari.