Futbol Sport

Rebħiet għal Marsa, Pietà u Naxxar rispettivament

Chris Cassar

MARSA……………………2

SWIEQI U…………………..0

Marsa: N. Vella, M. Gauci, C. Gatt Baldacchino, J. Bondin, J. Lima, D. Agius, D. Grima, S. Shodiya, M. Teixeira, L. Micallef

Swieqi U: J. Debattista, C. Cutajar, M. Attard, M. Ivanovic, J. Magri Overend, I. Micallef, A. Schembri, M. Vella, F. Temile, I. Salis

Referee: Fyodor Zammit

Marsa fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fil-quċċata tal-klassifika fuq Pembroke Athelta meta għelbu lil Swieqi Unied 2-0. Il-gowls ta’ Marsa kienu skorjat minn Dylan Agius u Lydon Micallef fil-45 u fit-72 minuta rispettivament. Marsa temmew il-konfront jilgħabu bi player anqas hekk kif tkeċċa Jackson Lima fid-89 minuta.

PIETA H. ……………………. 2

ST. ANDREWS ……………. 3

Pieta H: M. Chetcuti, S. Okoh, N. Pace Cocks, J. Ghio, D. Segura, D. Mesa, S. Mizzi, Z. Leonardi, I. Jalo, J. Scicluna, L. Galea

St.Andrews: D. Formosa, I. Azzopardi, M. D’Alessandro, N. Bradshaw, R. Micallef, M. Bartolo, K. Sano, A. Borg Olivier, G. Stefansson, L.A. Borg, K. Jackson.

Referee: Ezekiel Barbara

St. Andrew’s kisbu rebħa mill-iktar prezzjuża meta bi tliet gowls fl-ewwel 17-il minuta għelbu l-isfida ta’ Pieta’ u b’hekk ħadu xi ftit tan-nifs fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

L-ewwel azzjoni ta’ Pieta b’xutt ta’ Ghio ftit għoli u risposta ta’ St. Andrew’s b’azzjoni ta’ Stefansson u ballun li ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka. Fid-9 minuta St. Andrew’s fetħu l-iskor b’azzjoni ta’ Sano li mpenja lil Chetcuti u mir-rebound kien Kemmu Jackson li kompla għal ġewwa.

Ftit wara St. Andrew’s għal ftit ma rduppjawx iżda l-lob ta’ Stefansson kien salvat minn fuq il-linja minn Leonardi. Mal-kwarta logħob St. Andrew’s irduppjaw meta Stefansson ikkontrolla l-ballun tajjeb u qassam lejn Sano li b’xutt fil-baxx sab ix-xibka.

Żewġ minuti wara wasal anki t-tielet gowl meta Stefansson b’daqqa ta’ ras tajba għeleb għal kollox lil Chetcuti. Fit-23 minuta reazzjoni ta’ Pieta meta minn azzjoni ta’ korner Leonardi kien żmarkat fuq it-tieni lasta u dan b’xutt mill-ewwel sab ix-xibka.

Minn hawn ‘l quddiem kienu Pieta li ħadu kontroll bis-Saints jiddefendu, iżda Pieta ftit kienu perikolużi għajr għal xi tentattivi ta’ Diego Segura.

It-tieni taqsima fetħet bit-tim ta’ Pieta jmur qrib b’xutt ta’ Segura jaħbat ma’ sieq il-lasta u komplite b’diversi attakki ta’ Pieta. Iżda kienu iktar St. Andrew’s li resqu viċin ir-raba’ gowl diversi drabi permezz ta’ Stefansson li kien imċaħħad mill-goalkeeper u f’okkażjoni oħra falla inkredibilment minn taħt il-lasta.

Fid-90 minuta kuktatt suspettuż fil-kaxxa bjen Caetano u Ono, bir-referee jordna l-penalty li minnl-istess Caetano skorja b’xutt fil-baxx.

ŻEBBUĠ R. ………………………. 1

NAXXAR L. ……………………….. 4

Żebbuġ R: M. Grech, S. Bugeja, J. Micallef, A. Mizzi, J. Silveira Da Silva, C. Gauci, K. Atkinson, R. Vella, K. Bondin, S. Miloskovic, G. Gesualdi.

Naxxar L: O. Borg, J. Sciberras, M. Fenech, M. Mifsud, E. Cerqueira, A. Azzopardi, R. Cassar, R. Blandon, S. Meilak, D. Kassekar, L.J. Schembri.

Referee: Slawomir Olucha

Naxxar għelbu lil Żebbuġ biex komplew javanzaw fil-klassifika fejn issa qabżu lill-istess Żebbuġ fil-ħames post. Kienet logħba missielta li rat l-aħjar tagħha fit-tieni taqsima wara taqsima pjuttost kwieta.

L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata bejn dawn iż-żewġ timijiet li għaddejjin minn fażi ferm tajba fil-kampjonat. Kien għal dan il-għan li forsi wieħed kien jistenna iktar minn dawn iż-żewġ naħat li dehru xi ftit blukkati.

Dan sakemm fit-33 minuta Naxxar fetħu l-iskor, b’gowl skorjat minn Mark Fenech li mid-distanze pprova xortih bil-ballun ikun imxellef minn plejer ta’ Żebbuġ bil-ballun iqarraq għal kollox bil-goelkeeper Grech.

Żebbuġ dehru xi ftit maħsuda minn dan il-gowl u żewġ minuti mill-intervall il-Lions irduppjaw b’azzjoni tajba ta’ Blandon li b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta ħasad għal kollox lil Grech.

Fit-tieni taqsima Żebbuġ ħarġu ferm iktar determinati u fit-53 minuta naqqsu l-iskor b’utt ta’ Ayrton Mizzi wara azzjoni fuq il-lemin ta’ Clive Gauci. Żebbuġ komplew jattakkaw fejn issa bdew jemmnu li jistgħu isalvaw ir-riżultat iżda t-tamiet tagħhom sfaxxaw fix-xejn meta Blandon għalaq trijangolazzjoni u spara l-ballun fix-xibka ta’ Grech.

Żewġ minuti wara opportunita’ għal Żebbuġ li jittamaw mill-ġdid meta ngħataw penalty wara li plejer ta’ Naxxar mess il-ballun b’idu, iżda mill-11-il metru x-xutt ta’ Luka Mijic kien salvat minn Omar Borg.

Fil-ħin miżjud Naxxar żiedu gowl ieħor permezz tas-sostitut Santiago Martinez wara azzjoni ma’ Bikaku.