Sport Sport Ieħor

Richard Schultheis u Tonci Stipanovic fi Sport Extra

llum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 17 mis-serje SPORT EXTRA . It-tema ewlenija matul il-programm ser tkun l-ibburdjar. F’dawn il-ġranet Charles Camenzuli ltaqa’ ma’ żewġ protagonisti ewlenin fid-dinja tal-ibburdjar. Iż-żgħażugħ Malti RICHARD SCHULTHEIS li ta sittax il-sena huwa bla dubju wieħed milli l-aktar jippromettu fix-xena internazzjoni filwaqt li t-tieni intervista hija mal-Kroat TONCI STIPANOVIC li fl-aħħar Olimpijadi ta’ Rio fl-2016 kiseb il-midalja tal-fidda .

Fi Sport Extra diversi servizzi attwali fosthom dwar il-50 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton kif wkoll dwar l-għawwiema Sasha Gatt li f’dawn il-ġranet kisret ir-record tal-400 metru freestyle .

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Michael Farrugia u Ramon Farrugia.