Futbol Sport

Valletta b’rebħa minima kontra Santa Lucia

(Ritratt: MFA/Joe Borg)

VALLETTA …………1

SANTA LUCIA …….0

Valletta: Y.Cini, R.Camilleri, T.Caruana, S.Malano, M.Piciollo (K.Scerri 92′), S.Dimech (R.Tonna 78′), E.Pena Beltre, E.Sala, I.Aguirre, I.Maric, M.Fontanella

Santa Lucia: M.Montfort, T.Tabone Desira (M.Camilleri 71’), A.Prates, K.Correia, A.Magri Overand, N.Pulis, A.Da Souza, K.Ante Rosero, J.Zerafa, A.Caseres, R.Tachikawa (L.Motta 65’)

Referee: S.Pace

Assistenti Referees: M.Scerri, M.Ciantar

Valletta kisbu rebħa importanti kontra Santa Lucia bl-iskor ta’ 1-0. B’hekk l-istess Valletta qabżu lil Santa Lucia fil-klassifika tal-Kampjonat Premier biex telgħu fis-sitt post tal-klassifika bi 30 punt, punt fuq l-istess Santa Lucia.  

Valletta ħarġu perikolużi mal-ewwel minuta hekk kif wara ġirja tajba max-xellug Mateo Piciollo għadda lejn Triston Caruana li mill-viċin tefa’ għoli. Santa Lucia irrispondew fl-għaxar minuta meta wara pass żbaljat tal-gowlkiper Belti Yenz Cini, il-ballun spiċċa għand Alan Da Souza li l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra.

Santa Lucia għal darb’oħra perikolużi din id-darba permezz ta’ Kevin Ante Rosero li mpenja lil Yenz Cini b’xutt mil-lemin fuq l-ewwel lasta. Fit-43 minuta Mario Fontanella ġiegħel lil Miguel Montfort jsalva fil-baxx konklużjoni b’saħħitha minn barra l-kaxxa, biex l-ewwel taqsima intemmet 0-0.

Madanakollu, Valletta marru fil-vantaġġ erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, hekk kif minn cross ta’Mateo Piciollo, kien ENMY PENA BELTRE li b’konklużjoni fuq il-ġirja, tefa’ l-ballun fl-anglu tax-xibka, għal 1-0. B’Valletta jikkontrollaw tajjeb il-kumplament tal-partita, Santa Lucia ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti ta’ Henry Bonello, biex Valletta renxxielhom jiksbu rebħa minima bl-iskor ta’ 1-0.