Lokali

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Ritratt: Mill-Arkivji

Żagħżugħ Indjan ta’ 25 sena residenti Raħal Ġdid kien rikoverat l-Isptar bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30p.m. fi Triq Villabate meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Mitsubishi misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur tat-tip SYM misjuq mill-vittma.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.