Formula 1 Sport

Alfa Romeo jiżvelaw il-karozza għall-istaġun il-ġdid

It-tim tal-Formula 1 żvela l-karozza l-ġdida tiegħu għall-istaġun il-ġdid tal-Formula 1, bl-għan prinċipali tat-tim se jkun li jtejjeb fuq l-istaġun diżappuntanti li kellhom.

Fl-istaġun li għadda, Alfa Romeo temmew fit-tmien post fil-klassifika tal-kostrutturi, bil-Prinċipal tat-Team Frederic Vasseur jgħid li t-tim hu motivat biex itejjeb fuq l-istaġun li għadda.

Għal Alfa Romeo dan l-istaġun se jsuqu s-sewwieq ta’ epserjenza Kimi Raikkonen u ż-żgħażugħ Taljan Antonio Giovinazzi.

L-istaġun tal-Formula 1 mistenni jibda fit-28 ta’ Marzu bil-Grand Prix tal-Bahrain.